Il-Furjana rebbieħa tal-BOV Super Cup

Il-Furjana għelbu lil Hibernians 1-0 biex rebħu s-Super Cup għat-tieni darba wara 24 sena.
Għalkemm Hibernians kellhom aktar offiża u possessjoni tal-ballun, il-Furjana baqgħu deħlin bl-attak fis-37 minuta biex żammew dan il-vantaġġ sal-aħħar tal-logħba.
Wara l-logħba, l-uffiċjal tal-BOV Miguel Borg flimkien mal-Viċi President tal-MFA Ludovico Micallef ppreżentaw it-trofew lir-rebbieħa.