Il-ħaddiema Filippini f’Malta żdiedu b’seba’ darbiet iktar f’perjodu ta’ sitt snin. Dan joħroġ minn mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li fl-2019 kien hawn 1,661 ħaddiem mill-Filippini li ngħataw permess ta’ xogħol temporanju.
Dan in-numru kien ferm inqas fl-2013, meta kien hawn 259 ħaddiem biss. Il-ħaddiema Filippini sena b’sena kienu kif ġejjin:
Sena | Persuni |
2013 | 259 |
2014 | 419 |
2015 | 660 |
2016 | 623 |
2017 | 1091 |
2018 | 1556 |
2019 | 1661 |
Minn studju li sar minn Dr Manwel Debono u Dr Mario Thomas Vassallo – it-tnejn f’isem l-Università ta’ Malta – li ġie ppubblikat fil-European Scientific Journal (ESJ), sab li 10.7% tal-Filippini f’Malta sofrew mill-ibbuljar fuq il-post tax-xogħol.