Il-funeral ta’ Colin Muscat se jsir nhar l-Erbgħa

Nar

Colin Muscat, il-vittma li miet fl-isplużjoni tal-kamra tan-nar tal-Għaqda Piroteknika 11 ta’ Frar ta’ San Ġwann nhar is-Sibt se jingħata l-aħħar tislima nhar l-Erbgħa.
Il-funeral se jsir fir-Rotunda tal-Mosta fit-3.30pm.
Skont il-Grupp Ħidma San Publju, Muscat kien inkarigat min-nar tal-festa ta' San Publju.
L-isplużjoni seħħet is-Sibt għall-ħabta tas-2.15pm  fil-kamra tan-nar Għaqda Piroteknika 11 ta' Frar ta' San Ġwann.
Fuq il-post marru diversi uffiċjali tal-Forzi Armati ta' Malta, tal-pulizija, tal-protezzjoni ċivili, u mill-isptar Mater Dei.
Ritratt: DV Photography