Il-fundatur ta’ Tesla jiskuża ruħu

Il-fundatur ta’ Tesla, Elon Musk, skuża ruħu mal-Britanniku Vern Unsworth għall-kummenti li għamel dwaru wara s-salvataġġ ta’ tnax-il tifel Tajlandiż u l-kowċ tal-futbol tagħhom minn għerien fit-Tramuntana tat-Tajlandja.

“L-azzjonijiet tiegħu kontra tiegħi ma jiġġustifikawx l-azzjonijiet tiegħi kontrih, u għaldaqstant nagħmel skuża lis-Sur Unsworth u lill-kumpaniji li nirrappreżenta bħala l-Kap tagħhom,” qal Musk fi Tweet. “It-tort huwa tiegħi u tiegħi biss”.