Il-fundatur ta’ Bortex iħalli din id-dinja fl-aħħar jum tal-2015

Tħabbret il-mewt ta’ Sunny Borg, il-fundatur tal-kumpanija Bortex. Borg twieled il-Ħamrun fl-1926.
Sfortunatament, Sunny Borg ma bediex is-sena 2016 għax ħalla din id-dinja fl-aħħar jum tas-sena 2015.
Ħafna kienu dawk li ħallew il-kummenti ta’ telfa fuq il-mezzi soċjali, b’uħud jiddeskrivuh bħala “l-aqwa employer”.
Borg serva fil-Korporazzjoni Maltija tal-Iżvilupp u sar membru tal-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-1996, rikonoxximent li ngħata mill-President Ugo Mifsud Bonnici.
Bortex hija kumpanija li tagħmel il-ħwejjeġ u ilha mwaqqfa mill-1964. Minn barra n-numru ta’ stabillimenti f’Malta u Għawdex, Bortex topera wkoll miċ-Ċina u t-Tuneżija fejn għandha numru ta’ fabbriki.
Il-funeral tiegħu se jsir it-Tlieta fid-9am fil-Knisja ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun.