Il-Fun Run ħarġet il-karattru tal-Maltin – President ta’ Malta

Read in English.

F’temp mill-isbaħ u f’atmosfera ferrieħa illum saret il-ħdax il-edizzjoni tal-President’s Charity Fun Run, wara l-avveniment kien tħassar f’Novembru minħabba l-maltemp.

Il-President ta’ Malta George Vella fisser li din l-attività hija fest kbira li tqawwi qalb il-Presidenza. Hu qal li jinsab kburi li sar il-Kap ta’ dan l-Istat.

Huwa qal li dawn in-nies fit-toroq u ċ-ċelebrazzjoni tal-Istrina li joħorġu l-veru karattru ta’ Maltin.

Min-naħa tiegħu, l-Prim Ministru Robert Abela qal li l-għaqda nazzjonali, r-ruħ soċjali u l-attvita’ fiżika huma t-tliet għanijiet tal-Fun Run.

Dr Abela qal li l-fun run hija ċelebrazzjoni ta’ għaqda li jġib lill-poplu Malti kollu flimkien.

Min-naħa tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia wkoll faħħar il-qalb ġeneruża tal-Maltin f’kitba fuq Facebook. Delia ma attendiex għax jinsab ma jiflaħx. Minfloku, id-deputat Nazzjonalista David Agius fakkar ix-xogħol li sar mill-Presidenti Emeriti George Abela li ħoloq din l-attività u Marie Louise Coleiro Preca li saħħet Fun Run biex saret attività nazzjonali.

Manifestazzjoni oħra tal-poplu Malti permezz tal-attendenza numeruża għall-Fun Run b'risq il-Malta Community Chest Fund. Grazzi lil kulħadd tal-parteċipazzjoni tiegħu f'din il-kawża ġusta.

Posted by Adrian Delia on Sunday, January 26, 2020