Il-Fun Run għall-4 ta’ Novembru

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca nediet l-10 edizzjoni ta’ The President’s Solidarity Fun Run 2018, li se issir fl-4 ta’ Novembru b’risq il-Malta Community Chest Fund.

Fid-diskors tagħha l-President qalet li din l-attività għandha tkun ”ċelebrazzjoni tal-volontarjat, ċelebrazzjoni ta’ għaqda, ċelebrazzjoni ta’ solidarjetà u tal-ġenerożità.

Iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv, Mark Cutajar, ikkonferma li r-rotot se jibqgħu dawk familjari mal-Maltin u l-Għawdxin. Il-mixjiet se jitilqu mill-Università, minn Santa Venera u minn Raħal Ġdid, filwaqt li l-ġirja se titlaq mir-Rabat.

Min jixtieq jipparteċipa jista’ jirrikorri fl-Uffiċċju tal-Malta Community Chest Fund Foundation, il-Belt Valletta, fil-Palazz ta’ Sant’Anton, fil-fergħat ta’ BNF Bank, jew fl-ispiżeriji ta’ Brown’s. Wieħed jista’ jimla l-formola fuq is-sit www.mccf.store.