Il-Fulu jgħid li kisrulu drittijietu

Alfred Degiorgio, magħruf bħala l-Fulu u li qed jiġi akkużat bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia qed jgħid li qed jinkisru d-drittijiet tiegħu. Degiorgio, permezz tal-avukat tiegħu Wieħed mit-tliet akkużati, beda proċedura kostituzzjonali t-Tnejn li għadda. Huwa jrid li ċerta evidenza u provi ma jitresqux għad qed jgħid li ma nġabrux skont il-liġi.

Alfred Degiorgio, li flimkien ma’ ħuh George Degiorgio u Vincent Muscat qed jiġu akkużati bl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.

Dan ħareġ dalgħodu fil-Qorti waqt li kompliet għaddejja l-kompilazzjoni tax-xhieda.

Warrbu l-evidenza – il-Fulu

Fl-applikazzjoni tiegħu, Degiorgio argumenta li ż-żmien li fih l-esperti tal-FBI setgħu jixhdu skada. Huwa sostna wkoll l-mandati tal-arrest saru b’mod illegali mill-Pulizija wara li ma kienx hemm tliet kopji tal-mandat.

Degiorgio saħaq li huwa ma ngħatax kopja tal-mandat tal-arrest. Meta skont l-applikazzjoni tiegħu suppost huwa kellu jingħata wieħed flimkein mal-Maġistrat.

Huwa argumenta ukoll kontra l-esperti li tħallew jaħdmu fuq il-post ta’ delitt u li mhumiex pulizija. Fl-applikazzjoni tiegħu l-avukat ta’ Degiorgio qal li dan jikser id-drittijiet tal-akkużat.

Għalhekk l-avukat talab biex din l-evidenza tiġi mwarrba minħabba li d-dritt tal-akkużat biex ikollu smigħ xieraq kien miksur.