Il-ftuħ tal-V18 mistenni jattira mal-100,000 persuna

Bejn 80,000 u 100,000 persuna mistennija jipparteċipaw fil-ftuħ tal-Valletta 2018.
Dan qalu ċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Valletta 2018, Jason Micallef hekk kif laqa’ lill-Prim Ministru Joseph Muscat fl-uffiċini tal-Fondazzjoni.
Huwa qal ukoll li l-ftuħ tal-proġett kulturali nhar is-Sibt li ġej, huwa l-kulminazzjoni tax-xogħol kollu li sar tul ammont twil ta’ xhur.
Ritratt: DOI – Omar Camilleri