Il-ftuħ għat-trasferimenti tas-suq Ingliż jimxi pariġġ il-bqija tal-Ewropa

Il-klabbs tal-Premier League ivvutaw biex ibiddlu ż-żmien ta’ meta jkollhom iċ-ċans li jixtru plejers minn klabbs differenti. B’hekk issa se jkunu pariġġ iż-żmien ta’ meta jiftaħ is-suq madwar l-Ewropa kollha.

Fi stqarrija li ħareġ il-kumitat tal-Premier League qal li l-għeluq tas-suq inbidel għall-aħħar ta’ Awwissu jew bidu ta’ Settembru. Din is-sena s-suq se jagħlaq fl-ewwel ta’ Settembru.

Il-vot ittieħed waqt laqa’ bejn l-azzjonisti tal-Premier League ġewwa Londra, aktar kmieni llum. Iż-żmien ta’ trasferiment mexa għall-bidu ta’ Awwissu wara li kien hemm ħafna klabbs u maniġers li oġġezzjonaw li l-fatt li s-suq jibqa’ miftuħ anka wara li jibda l-istaġun,  ma kienx qed iħalli frott.

Il-maniġer ta’ Liverpool kien fost dawk li lmentaw dwar dan. Hu kien stqarr li kienet tagħmel sens li kieku ż-żmien ta’ trasferiment kellu jiċċaqlaq biex jersaq aktar qrib dak tal-bqija tal-Ewropa.