Il-ftira Maltija u l-festi Maltin għand il-UNESCO

Read in English.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali Josè Herrera qal li l-ftira Maltija u l-festi Maltin ġew aċċettati fil-lista tal-wirt kulturali intanġibbli tal-UNESCO.

Herrera kien qed jitkellem f’għeluq l-abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Gvern Lokali. Fl-okkażjoni tal-75 sena anniversarju ta’ din l-organizzazzjoni, Herrera ħabbar li l-bliet tal-Imdina u ċ-Ċittadella se jitressqu quddiem il-UNESCO biex jitniżżlu fil-list tal-wirt patrimonjali tanġibbli. Mil-lat tal-wirt ambjentali, il-Gvern Malti se jkun qed iressaq l-irdum li jinsabu fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Huwa qal li se jinħatar kumitat apposta fi ħdan Heritage Malta biex imexxi ‘l quddiem dawn in-nominazzjonijiet. Herrera stqarr ukoll li l-Gvern Malti ilu ma jinnomina wirt Malti għall-konsiderazzjoni tal-UNESCO sa mis-Sebgħinijiet.