Il-ftehim ta’ Brexit isir liġi wara l-approvazzjoni tar-Reġina

Small toy figure is seen in front of UK and European Union displayed flags in this illustration picture, October 17, 2019. REUTERS/Dado Ruvic/Illustration

Il-ftehim tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea kiseb l-approvazzjoni tar-Reġina Eliżabetta biex issa sar liġi. 

Dan ifisser li issa r-Renju Unit huwa pass eqreb lejn Brexit.

Negozjati intensivi, kwistjonijiet politiċi interni, żewġ elezzjonijiet, tliet Prim Ministri u politika diviżiva dwar meta u kif kellu jseħħ Brexit, ikkaraterizzaw dawn l-aħħar tliet snin, wara r-referendum li fih l-Ingliżi vvutaw favur li joħorġu mill-Unjoni Ewropea. 

Il-leġiżlazzjoni finali għaddiet mill-aħħar fażi parlamentari nhar l-Erbgħa li għadda. 

Fid-29 ta’ Jannar se jkun hemm il-vot finali fil-Parlament Ewropew, waqt li Boris Johnson mistenni jiffirma l-liġi fiż-żmien li ġej. 

Ir-Renju Unit ser joħroġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar.