Il-fruntieri tal-Ġermanja parzjalment magħluqa minn għada

border-3684804_1920

Il-Ġermanja se tagħlaq parzjalment il-fruntieri tagħha mal-Awstrija, Franza, id-Danimarka, il-Lussemburgu u l-Isvizzera minn għada t-Tnejn fit-8am fi sforz biex tiġġieled l-imxija tal-coronavirus. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern Horst Seehofer illum.

Il-fruntieri se jibqgħu miftuħin għal dawk li jaqsbu bejn il-pajjiżi għall-raġunijiet ta’ xogħol u biex jgħaddu l-provvisti.

Il-Ministru Seehofer appella wkoll biex ma jkunx hemm ivvjaġġar li mhux essenzjali.

Rapporti fil-midja Ġermaniża qalu li dawn il-miżuri se jiddaħħlu fis-seħħ biex apparti milli tonqos l-imxija tal-Covid-19, iservu ta’ detterrent biex barranin jixtru prodotti eċċessivi mill-Ġermanja.

Il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka u d-Danimarka kienu diġà għalqu l-fruntieri mal-Ġermanja.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn