Il-Front ODŻ jgħid li jaħsibha bħall-AD fuq diversi punti ambjentali

Il-Front Ħarsien tal-ODŻ qal li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jiltaqa’ mal-Partit Laburista u mal-Partit Nazzjonalista.
Qal li f’laqgħa li kellhom ma’ Alternattiva Demokratika, ħareġ li l-Front ODŻ u l-Alternattiva qed jaqblu fuq ħafna affarijiet bejniethom.
Il-Front qal li AD dejjem kienet lesta tieħu sehem f’kampanji kontra l-iżvilupp f’żoni ODŻ fosthom dik tal-Università Amerikana fiż-Żonqor, kif ukoll f’kampanji oħra favur l-ambjent.
F’din il-laqgħa ġew diskussi b’mod partikolari proġetti f’Ħ’Attard u f’Tas-Sliema, fejn AD hija rappreżentata fuq il-kunsill lokali rispettiv.