Il-Front Ħarsien ODZ kontra żvilupp fid-Dwejra

Il-Front Ħarsien ODZ qal li huwa kontra l-iżvilupp ta’ restorant fid-Dwejra.
Fi stqarrija, il-Front qal li qed jingħaqad ma’ Light Pollution Awareness Group, BirdLife Malta, Friends of the Earth Malta u Nature Trust Malta.
Huwa qal li din iż-żona hija sensittivia fil-qasam ekoloġiku u xhieda ta’ dan huwa li s-sit jaqa’ taħt Natura 2000 u huwa protett.
Spjega li l-proposta tar-restorant se żżid id-dawl u b’hekk il-fawna se tkun mhedda mit-tniġġis tad-dawl.
Żied jgħid li dan is-sit jaqa’ taħt dark sky heritageu għalhekk ma jistax ikun dawl artifiċjali.