​Il-Freeport b’rivoluzzjoni fis-sistema tat-terminal

Malta Freeport Terminals introduċiet l-iktar sistema avvanzata fid-dinja għall-proċess ta-ċaqlieq tal-kontejners. B’hekk il-Freeport isaħħaħ postu bħala ċentru ewlieni tal-Mediterran.
Is-sistema Navis N4 tikkontrolla s-sistema loġistika ta’ kull bastiment tal-kontejners, billi tagħraf x’tip ta’ kontejners hemm abbord, x’għandu jinħatt u dawk li għandhom jitgħabbew.
Is-sistema toħloq mudell preċiż ta’ kull bastiment biex il-ħaddiema jaraw stampa diretta ta’ dak li jkun qed jiġri.
Navis N4 tara li l-ispazju għal 45,000 kontejner fit-terminal jintuża bl-aħjar mod. Awtomatikament tikkalkula fejn għandu jitqiegħed kull kontejner u twassal it-trakkijiet lejn l-eqreb post biex il-proċess biex jinħattu l-kontejners isir malajr kemm jista’ jkun.
 Il-pjan biex tiddaħħal is-sistema l-ġdida ħa madwar sena u nofs u din iddaħlet fil-festa ta’ Santa Marija bil-ħidma ta’ tim ta’ 25 persuna fuq sistema ta’ xift li ħadmu mal-Kap tal-IT tal-Malta Freeport Terminals, Jesmond Baldacchino.