Il-Freephone tal-Gvern lura għan-normal

Il-Freephone 153 ta’ servizz.gov ġie lura għan-normal wara li ssewwew il-problemi tekniċi. 
Fi stqarrija maħruġa mill-istess servizz.gov, il-pubbliku ġie infurmat li s-servizzi governattivi se jkunu miftuħa sa nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Diċembru mit-8am sas-7pm, minflok sal-4pm.
Minbarra l-Freephone, servizz.gov qiegħed ukoll fiċ-ċentri ta’ Birkirkara, il-Birgu, il-Qawra, Raħal Ġdid u Ħal-Qormi.