Il-Franċiż Cavagna jissiġilla l-ewwel rebħa waqt il-Vuelta a Espana

Il-Franċiż Remi Cavagna ssiġilla l-ewwel rebħa tiegħu tal-Grand Tour f’jum li fih inqalgħat kontroversja sħiħha waqt il-Vuleta a Espana. Hu beda bl-attakk 25km minn tmiem it-tellieqa numru 19. Finalment irnexxielu jidħol l-ewwel ħames sekondi biss minn ta’ warajh.

Primoz Roglic li kien fuq quddiem sfortunatament spiċċa involut f’inċident. Minħabba l-inċident, sieħbu tal-istess tim u l-eks rebbieħ tal-world time trial Tony Martin kien sfurzat jabbanduna t-tellieqa wara li rċieva attenzjoni medika.

Remi rnexxielu jispiċċa t-tellieqa fi tliet sigħat, 43 minuta u 34 sekonda.