Il-fotografu ta’ Newsbook ittajjar il-kappell

Bħalissa żmien il-gradwazzjonijiet. Żmien speċjali għal għadd ta’ studenti li qed jiggradwaw wara snin sħaħ ta’ studju.

Fost il-gradwati friski, hemm Miguela Xuereb, fotografu fil-kamra tal-aħbarijiet ta’ Newsbook.com.mt. Hija kisbet Baċellerat bl-unuri fil-ġurnaliżmu wara li temmet b’suċċess kors ta’ tliet snin fl-MCAST.

Nawguraw mill-qalb lill-istudenti kollha b’mod partikolari lill-kollegi mill-kmamar tal-aħbarijiet.