Il-Fosos jitlestew biex jilqgħu il-massa taż-żewġ partiti

Fuq il-Fosos tal-Floriana bħalissa għaddejja attivita’ sħiħa biex jiltesta’ l-palk għall-mass meetings li ż-żewġ partiti ewlenin se jorganizzaw fl-aħħar ġimgħa tal-kampanja elettorali.

Il-Partit Laburista se jorganizza mass meeting fuq il-Fosos nhar it-Tnejn li ġej. Nhar il-Ħamis, il-Partit Nazzjonalista imbagħad jorganizza l-mass meeting tiegħu fuq il-Fosos, fl-aħħar jum tal-kampanja Elettorali. Il-Ġimgħa jkun jum ta’ riflessjoni u l-votazzjoni ssir is-Sibt 9 ta’ Marzu.

Qarrej ta’ Newsbook li jaħdem qrib il-Fosos bagħtilna dawn ir-ritratti fuq info@newsbook.com.mt.