Il-Forzi Armati u l-Protezzjoni Ċivili jiftħu l-bibien għall-pubbliku

Il-Forzi Armati ta’ Malta u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fetħu l-bibien tagħhom għall-pubbliku matul il-ġurnata tal-lum.
F’Ħal Far, membri mill-pubbliku kienu mistiedna jassumu diversi irwoli f’diversi dimostrazzjonijiet li saru fosthom anke eżerċizzji ta’ salvataġġ.
Il-Forzi Armati ta’ Malta taw diversi wirjiet f’Ħal Luqa filwaqt li anke kienet qed tingħata informazzjoni dwar reklutaġġ fl-istess armata.
Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Karmenu Abela irringrazzja lil dawk kollha involuti u li b’ħafna dedikazzjoni u sforzi jgħinu biex jiġu salvati l-ħajjiet, propjetajiet u ambjent fi żminijiet ta’ kriżi.
Il-Ministru Abela faħħar ukoll lis-suldati għall-ħidma tagħhom biex tkun imħarsa s-sigurtà nazzjonali.