​Il-Forzi Armati ta’ Malta b’kunċert fil-Kon-Katidral

Ilbieraħ filgħaxija il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta organizzat kunċert fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.
Il-kunċert kien taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Borg bis-sehem tas-sopran Claire Caruana u t-tenur Gunner Georg Zammit flimkien mal-Kor Bel Canto taħt it-tmexxija tas-Surmast Hermann Farrugia Frantz u l-kor tal-istudenti tal-Kulleġġ De La Salle immexxi mis-Surmast Ray Sciberras.
Fost ix-xogħlijiet mużikali inklużi fil-programm kien hemm dawk tal-kompożituri Maltin Freddie Mizzi, Stephen Decesare, Christopher Muscat, Hermann Farrugia Frantz u Ray Sciberras.
Il-Kunċert kien organizzat mill-RTK4Charity u d-Dar tal-Providenza bil-kortesija tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Matulu mara nieqsa mis-smiegħ ingħatat il-Premju Dun Mikiel Azzopardi 2015.