Ritratti: Jiddaħħlu 66 immigrant f’Xatt it-Tiben

Miguela Xuereb

Il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) salvaw 66 immigrant minn fuq dgħajsa biex dawn jiddaħħlu Malta.

Aqra: Bastiment li jsalva l-immigranti jidħol fl-ibħra Taljani bi ksur ta’ ordni mill-Gvern

Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Forzi Armati għall-ħabta ta’ 12pm, iżda ma setgħetx tagħti wisq iktar dettalji f’dak l-istadju. Huma kienu fiż-żona ta’ salvataġġ fl-ibħra territorjali Maltin.

Aqra: Il-Forzi Armati salvaw kważi 3,000 persuna mill-baħar fl-2018

Iddaħħlu fl-4pm f’Xatt it-Tiben, u kienu kollha rġiel li kienu f’kundizzjoni pjuttost tajba. L-immigranti qalu li huma mis-Sudan u miċ-Chad.