Aġġornata: Il-Forzi Armati jsalvaw 76 immigrant

Aġġornat 03:16 PM

Read in English.

Newsbook.com.mt tkellem mal-Forzi Armati ta’ Malta li kkonfermaw li ddaħħal grupp ta’ immigranti għal ħabta tal-11.15 ta’ filgħodu.

Skont rappreżentant għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li b’kollox kien hemm 76 immigrant, fejn fosthom hemm nisa u tfal.

Fuq Twitter l-organizazzjoni umanitarja Alarm Phone qalet li lbieraħ rċivew notifikazzjoni li kien hemm dgħajsa b’żonn l-għajnuna. Fuq id-dgħajsa kien hemm 13-il mara u xi tfal.

Skont il-ġurnal Reuters, żgħażugħ abbord qed isofri minn ġrieħi permezz ta’ sparar. Huwa qal li sparaw fuqu f’ċentru tad-detenzjoni fil-Libja fil-bidu ta’ Novembru.

Open Arms qalet li lbieraħ għall-ħabta tas-6.30pm, tilfu kuntatt mad-dgħajsa. L-awtoritajiet Maltin u Taljani kienu nfurmati, imma kien maħsub li t-tnejn li huma abbandunaw r-responsabbiltà.