Il-Forzi Armati jsalvaw żagħżugħ minn ħalq il-mewt

Ilbieraħ waranofsinhar il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw żagħżugħ ta’ 17-il sena li kellu bżonn assistenza medika urġenti.
Iż-żagħżugħ kien jinsab fuq dgħajsa, ippakjata bl-immigranti, huwa u jaqsam il-Mediterran bit-tama li jsib ħajja aħjar.
Is-sejħa għall-għajnuna waslet miċ-Ċentru għall-Koordinazzjoni tas-Salvataġġ fuq il-Baħar ta’ Ruma u minnufih l-MRRC Malta telqu b’ħelikopter u tabib abbord biex isalvaw liż-żagħżugħ.
Il-pazjent twassal Malta u ttieħed l-isptar Mater Dei.
Iż-żagħżugħ kien akkumpanjat min ħuh li wkoll huwa taħt l-età.
Ilbieraħ il-baħar Mediterran reġa’ ħasad il-ħajja ta’ 100 refuġjat meta dgħajsa li kellha fuqha 110 persuna nqalbet.
Ilbieraħ ukoll minn tal-inqas 550 refuġjat ġew salvati mill-Kosta Libjana.

Ritratt: Mill-Arkivji