Il-Forzi Armati jsalvaw u jdaħħlu grupp ieħor ta’ 66 immigrant

Monique Agius

Read in English.

Il-Forzi Armati ta’ Malta salvaw 66 immigrant, kollha irġiel, f’operazzjoni tas-salvataġġ. Kelliem għall-Forzi Armati qalet li l-grupp iddaħħal Xatt it-Tiben dalgħodu għal ħabta tad-9am u ngħataw f’idejn il-pulizija mit-taqsima għall-immigrazzjoni.

Qalet li dan is-salvataġġ skatta wara li ġew infurmati li kien hemm grupp ta’ immigranti li nstabu fuq dgħajsa f’diffikultà, fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta. L-immigranti ddaħħlu Malta fuq patrol boat P52.

Dan hu t-tieni grupp f’temp ta’ 12 -il siegħa wara li l-bieraħ fil-għaxija, l-istess FAM salvaw 45 immigrant fosthom żewġ nisa tqal u numru ta’ tfal.