Read in English.
Il-Forzi Armati ta’ Malta qegħdin isalvaw 60 immigrant abbord bastiment fil-Mediterran.
Dan ħabbritu l-għaqda Alarm Phone fuq Twitter, li qalet li dawn qed jissalvaw wara 19-il siegħa bejn sema u ilma.
Alarm Phone staqsiet għaliex iċ-Ċentru ta’ Kordinazzjoni ta’ Salvataġġ Malti dewwem il-ħidma ta’ salvataġġ daqshekk meta kien jaf li l-bastiment kien fiż-żona ta’ salvataġġ Maltija u kellu bżonn l-għajnuna. Staqsiet ukoll għaliex mhix tintervjeni l-Italja.
Żiedet tgħid li l-Forzi Armati ta’ Malta m’għaddewlha l-ebda informazzjoni, iżda kellha tikseb l-informazzjoni minn Sea-Watch. Fi tweet, Sea-Watch akkużat lil Malta u lill-Italja li poġġew f’periklu l-ħajja ta’ 60 persuna.