Il-Forzi Armati issa b’ħelikopter ġdid

Ġie inawgurat uffiċjalment il-ħelikopter il-ġdid tal-Forzi Armati ta’ Malta, tat-tip Agusta Westland AW139. Dan il-ħelikopter se jkun qed jintuża għall-operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ mill-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Forzi Armati qalet li dan huwa l-ewwel ħelikopter li xtrat, bit-tieni wieħed mistenni li jasal f’Diċembru li ġej.
Il-ħelikopter jiswa madwar  €15-il miljun u nxtara b’kofinanzjament ta’ 75% b’fondi Ewropej.
Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, kien qed isir taħriġ b’dan il-ħelikopter madwar il-gżejjer Maltin.
Ritratt: AFM – Justin Gatt