Il-Forum Unions Maltin jagħmel lista ta’ dak li jrid jindirizza Gvern ġdid

Il-Forum Unions Maltin feraħ lil Dr. Joseph Muscat bħala Prim Ministru ta’ Malta.

Fi stqarrija Il-FOR.U.M qal li qed joffri lill-Prim Ministru l-ġdid ta’ Malta kull kollaborazzjoni u għajnuna.

Insista li Gvern ġdid għandu jiffoka fuq suġġetti bħall- approvazzjoni tal-baġit, il-ġlieda kontra x-xogħol prekarju, u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma għandhom ikunu l-miri ewlenin tal-gvern il-ġdid.