Il-Forum irid li l-paga tal-MPs tirrifletti dik tal-ħaddiema

Fi kliem il-Forum Unions Maltin, “is-salarji tal-membri parlamentari għandha tirrifletti r-realtà tal-ħaddiema Maltin li huma s-sinsla tas-socjetà.”
Għalhekk hu tal-parir li jsir studju dwar il-pagi tal-ħaddiema u jiddetermina kemm għandu jkun hemm żidiet fil-paga.  
Filwaqt li jaqbel mal-prinċipju li għandhom jittieħdu miżuri sabiex il-Parlament jaħdem fuq livelli aktar professjonali, il-Forum jinsisti li għandu jkun hemm distribuzzjoni ugwali tal-ġid. 
Fi stqarrija l-Forum sejjaħ bħala “tqanċiċ”, iż-żidiet mgħotija lill-ħaddiema meta jkun hemm xejriet ekonomiċi pożittivi. 
Għamel ukoll referenza għall-anomaliji fil-pensjonijiet bejn dawk tal-parlamentari u tal-bqija tal-ħaddiema li għandhom capping fuq il-pensjoni,
irrespettivament minn kemm ikunu ħallsu bollol tas-sigurtà socjali. 
Il-Forum, qed jappella wkoll lill-Prim Ministru biex l-istess kumitat jieħu ħsieb ukoll jindirizza l-pagi u z-żidiet tal-ħaddiema.