Il-Format tal-futsal għall-kampjonat il-ġdid

Se jkunu 23 tim li se jagħmlu parti mill-istaġun li jmiss tal-futsal organizzat mill-Futsal Malta Association (FMA) wara li dawn il-klabbs iltaqgħu fil-Padiljun ta’ Kordin fil-ġimgħa li għaddiet.
Lija Athletics, Mellieha FC, Attard FC u Mdina Knights se jirritornaw fil-Futsal u se jieħdu sehem fl-Ewwel Diviżjoni.
Il-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni se jkun fih b’kollox 13-il tim u se jkun fih ukoll lil Luqa St Andrews, Fgura Utd, Msida St Joseph, Siggiewi FC, Mqabba FC, Qrendi FC, Sirens, Naxxar Lions u B’Bugia FC.
Il-kampjonat Premier se jkun magħmul minn għaxar timijiet li huma Balzan FC, Luxol St Andrews, Hamrun Spartans, Qormi FC, Mosta FC, Swieqi FC, Valletta FC, Gzira Utd, Zebbug Rangers u Zurrieq.
L-aħħar żewġ timijiet fil-klassifika tal-kampjonat premier jiġu relegati għall-Ewwel Diviżjoni.
It-tim li jiġi kklassifikat it-tielet mill-aħħar jilgħab fi play-off mat-timijiet tal-Ewwel Diviżjoni li ġew fit-tielet, fir-raba’ u fil-ħames post għall-promozzjoni.
L-ewwel żewġ timijiet klassifikati fl-Ewwel Diviżjoni jiġu promossi għall-kampjonat Premier.