Il-Foodbank għad għandu bżonn l-għajnuna tiegħek

JCI Malta

Filwaqt li fl-aħħar ġimgħat saru bosta inizjattivi sabiex jinġabar l-ikel għall-Foodbank, issa hemm bżonn kbir ta’ voluntiera li jgħinu sabiex dan l-ikel jiġi organizzat.

Qabel il-Milied, Newsbook.com.mt kien tkellem mal-amministratur tal-Foodbank, Ross Yarnold li kien sostna li li kieku ma jkunx hemm il-Foodbank, ċertu nies li jkunu qegħdin fi kriżi jmutu bil-ġuħ.

Filmat: “Li kieku mhux għall-Foodbank, hemm nies li jmutu bil-ġuħ”

Yarnold qal ma’ Newsbook.com.mt li jkun hemm persuni li jinbidlulhom iċ-ċirkostanzi tal-ħajja tagħhom u jkollhom bżonn l-għajnuna tal-Foodbank. Il-Foodbank bdiet fl-2015 u sentejn ilu bdiet l-inizjattiva tar-Reverse Advent Calendar. Min xtaq jgħin seta’ jitfa’ xi ħaġa tal-ikel f’kaxxa sakemm joqrob il-Milied. Din imbagħad tingħata lill-Foodbank biex titqassam lil min ikollu bżonn.

Yarnold qal ukoll ma’ Newsbook.com.mt li dejjem ikunu qed ifittxu l-għajnuna tal-voluntiera. Kull min ikun interessat jgħin kemm jagħżel ġurnata u jxammar il-kmiem. Dawk li jiġi jgħinu jintalbu jgħinu fis-sorting tal-ikel u li jerfgħu l-kaxex tal-ikel f’posthom.

🚨 🚨WE NEED YOUR HELP 🚨 🚨 We have received so many RAC boxes that we don’t have enough arms to organise all the food 😓 😓…

Posted by Foodbank Lifeline Foundation on Thursday, January 3, 2019

Jekk tixtieq tgħin, tista’ tagħmel dan billi tibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Foodbank Lifeline Foundation jew inkella permezz ta’ imejl fuq help@foodbanklifeline.com.