Il-Fondazzjoni Vodafone Malta b’appoġġ lill-Istrina 2014

Impjegati tal-kumpanija ħadu sehem dirett fil-maratona billi laqgħu donazzjonijiet li saru permezz tat-telefown.
Meta ppreżenta l-għotja f’isem il-Fondazzjoni Vodafone Malta, ir-rappreżentant tal-Bord Jason Pavia qal li “huwa ta’ unur għalina li qed nerġgħu nagħtu l-appoġġ tagħna. Il-Fondazzjoni Vodafone Malta temmen bis-sħiħ fl-importanza tas-solidarjetà soċjali fi ħdan il-komunità u din id-donazzjoni hi mod konkret ta’ kif tissarraf”.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt .