Il-Fondazzjoni Valletta Alive kontra li l-monti jasal sal-binja tal-parlament

Il-Fondazzjoni Valletta Alive uriet it-tħassib tagħha għar-rilokazzjoni tal-monti biswit il-bini l-ġdid tal-parlament.
Fi stqarrija, l-fondazzjoni qalet li għamlitha ċara mal-Gvern li qed toġġezzjona li l-monti jkun estiż għal Triq ir-Repubblika u ż-żona li tifred il-bini tal-parlament minn Pjazza Teatru Rjal.
F’laqgħa li l-fondazzjoni kellha mal-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona, l-istess Ministru żgura li l-Gvern huwa konxju ta’ dan it-tħassib.
Il-Fondazzjoni Valletta Alive qalet li l-kwistjoni tar-rilokazzjoni tal-monti għandha tittieħed bis-serjetà.