Il-Fondazzjoni St Jeanne Antide tiċċelebra l-10 snin anniversarju bi rkant

Iċċelebra flimkien mal-Fondazzjoni St. Jeanne Antide l-għaxar sena mit-twaqqif tagħha, billi żżur l-irkant u l-attivitajiet li se jittellgħu b’risq l-istess fondazzjoni.
L-irkant li se jsir mhuwiex irkant bħall-oħrajn, hekk kif il-pubbliku se jieħu sehem f’logħba billi jaqta’ l-premju li se jkun moħbi f’kaxxa. Il-parteċipanti jingħataw ħjiliet dwar in-natura tal-premju.
Se jkun hemm aktar minn 60 premju mqassmin f’kaxex differenti, u dawn ivarjaw minn ikliet romantiċi sa trattamenti lussużi u oġġetti tad-ditta relatati mal-moda…insomma, dak kollu li tista’ timmaġina li bih tista’ tagħmel kuntenta lil ommok. Dan għaliex il-premji maħsuba sabiex jingħataw bħala rigal għal Jum l-Omm, li se jinzerta nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Mejju.
Barra minn hekk, se jkun hemm sensiela ta’ attivitajiet oħra għall-familja kollha, kif ukoll stands tal-ikel u prodotti artiġjanali.
L-attività tibda f’12pm, filwaqt li l-irkant mistenni jibda fis-2pm.
Dan kollu se jsir nhar il-Ħadd, 7 ta’ Mejju, fiċ-Ċentru Ċiviku u l-Ġnien Pubbliku tas-Swieqi fi triq G. Bessiera.
Il-Fondazzjoni St. Jean Antide kienet twaqqfet mis-Sorijiet tal-Karità fl-2007, u toffri bosta servizzi lil persuni morda mentalment, taħriġ lil tfal vulnerabbli fil-ħila tal-qari u l-kitba, kif ukoll toffri sapport lill-vittmi ta’ abbużi domestiċi.