Il-Fondazzjoni Richmond tagħlaq 25 sena

Il-Fondazzjoni Richmond riċentement iċċelebrat l-għeluq tal-25 sena mit-twaqqif tagħha.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li “l-importanza tal-kura mentali, is-sapport psikoloġiku u finanzjarju, il-faċilitajiet offruti u l-investiment f’infrastruttura adattata huma fost l-aktar fatturi importanti li jistgħu jwasslu biex persuna bi problemi mentali terġa’ tissoċjalizza u tibni mill-ġdid relazzjonijiet ma’ dawk l-aktar qrib tagħha.”
Il-Ministru Falzon qal li jinsab sodisfatt bil-mod il-proġett tat-tfal KIDs se jkollu post aħjar filwaqt li faħħar il-kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni Richmond u s-Segretarjat tal-Akkomodazzjoni Soċjali biex jiżdiedu l-postijiet ta’ supported housing.
Il-Ministru Michael Falzon saħaq li l-Gvern jinsab impenjat li jkompli jinvesti biex il-persuni vulnerabbli jingħatalhom l-appoġġ li għandhom bżonn.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima faħħar l-impenn tal-Fondazzjoni għas-servizzi tagħha li evolvew, b’mod speċjali fuq il-postijiet tax-xogħol fejn joffru sapport lill-ħaddiema biex iħarsu s-saħħa mentali tagħhom.
Ritratt: Fondazzjoni Richmond