Il-Fondazzjoni MAPFRE b’għotjiet ta’ €240,000 għal riċerka dwar promozzjoni tas-saħħa

Read in English.

Il-Fondazzjoni MAPFRE nediet edizzjoni oħra tal-programm ta’ għotja ta’ fondi għar-riċerka dwar il-promozzjoni tas-saħħa, b’total ta’ €240,000. Dan il-programm huwa immirat għal riċerkaturi fil-qasam akkademiku u professjonali li jixtiequ jiżviluppaw programmi b’mod indipendenti jew bħala parti minn riċerka ta’ universitajiet, sptarijiet, kumpaniji jew ċentri oħra.

Il-Fondazzjoni toffri €30,000 kull għotja biex tippromwovi proġetti relatati mas-saħħa, fosthom il-prevenzjoni tal-obeżità u l-promozzjoni tal-attività fiżika, riċerka dwar ħsara fil-ġisem, u l-immaniġġjar tas-saħħa fost oħrajn.

F’din is-sejħa għall-proġetti, jiġu ikkunsidrati proġetti relatati ma’ dawn it-temi, li jinkorporaw aspetti relatati ma’ COVID-19 bħal tnaqqis ta’ infezzjonijiet, kura personali, ir-relazzjoni bejn stat ta’ saħħa u stil ta’ ħajja u mewt, COVID-19 u s-saħħa mentali fost oħrajn.

Din is-sejħa hija waħda globali u l-proġetti jistgħu jiġu ppreżentati bl-Ispanjol, bl-Ingliż u bil-Portugiż sat-30 ta’ Ottubru, 2020.

Termini u kundizzjonijiet jistgħu jinstabu permezz ta’ dan il-link.

Il-Formola tal-applikazzjoni tista’ tinstab hawn.