Il-Fondazzjoni HSBC Malta b’donazzjoni lil Fondazzjoni Sebħ

HSBC-Malta-Foundation-donates-E5000-to-Fondazzjoni-Sebh-2

Read in English.

Il-Fondazzjoni HSBC Malta pprovdiet appoġġ finanzjarju ta’ €5000 lill-Fondazzjoni Sebħ biex tgħinha tipprovdi assistenza psikoloġika lit-tfal u adulti li qed jirkupraw minn diversi trawmi.

Din l-għajnuna tifforma parti integrali minn firxa ta’ servizzi pprovduti mill-Fondazzjoni Sebħ immirati biex jistabbilixxu ambjent ta’ trawwim li jippromwovi t-tkabbir emozzjonali u r-reżiljenza, sabiex in-nies ikunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom, irrispettivament mill-isfidi u d-diffikultajiet li jistgħu jkunu qed jiffaċċjaw. Bħalissa, Fondazzjoni Sebħ qed toffri kura lil 37 tifel u tifla li jgħixu f’kura residenzjali f’ambjent sigur, ta’ mħabba u ta’ trawwim, u lil 7 nisa u wliedhom fil-kenn residenzjali u servizz ta’ kura għal vittmi ta’ vjolenza domestika.

Yvonne Mallia, Direttur ta’ Fondazzjoni Sebħ, qalet: “Is-servizzi tal-fondazzjoni jistrieħu fuq tliet pilastri ewlenin: tfal f’servizzi ta’ kura, servizzi ta’ vjolenza domestika, u servizzi tal-familja u tal-komunità. Grazzi għall-għajnuna tal-Fondazzjoni HSBC Malta, nistgħu noffru appoġġ terapewtiku estiż lil persuni li għandhom bżonn is-servizzi tagħna.”

Caroline Buhagiar Klass, Kap tar-Riżorsi Umani u Sostenibbiltà Korporattiva ta’ HSBC Malta qalet, “Il-Fondazzjoni HSBC Malta poġġiet importanza speċjali fuq l-appoġġ ta’ fondazzjonijiet li jaħdmu biex jgħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli fil-komunitajiet tagħna. Il-Fondazzjoni Sebħ tagħmel xogħol imprezzabbli, partikolarment ma’ tfal li sofrew ħafna, u aħna impenjati li nappoġġjaw din il-ħidma li wkoll tagħti impatt soċjali pożittiv lil ħafna.”

Dan it-tagħrif twassal minn HSBC Malta.