Il-Fond tas-Soċjeta`Ċivili huwa essenzjali – CMTU

Il-Konfederazzjoni tat-Trejd Unjins Maltin (CMTU) qalet fi stqarrija li l-fondi li jingħataw lill-Konfederazzjoni tal-Unjins, lill-unjins infushom u l-korpi kostitwiti huma essenzjali biex dawn ikunu jistgħu jaħdmu b’mod effettiv u professjonali. Dan b’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-MEUSAC dwar is-sospensjoni tal-Fond tas-Soċjeta’ Ċivili.

Ftit tal-jiem ilu, id-Direttur tal-MEUSAC Dr Vanni Xuereb, spjega ma’ Newsbook.com.mt li s-sitwazzjoni finanzjarja internazzjonali wasslet biex tnaqqsu l-fondi allokati lil diversi entitajiet, fosthom lill-MEUSAC u kompla li filwaqt li huwa favur li jingħataw fondi lill-korpi kostitwiti, l-ewwel irid ikollok minn fejn.

L-istqarrija tkompli li c-CMTU ltaqgħet mal-Prim Ministru fejn ippreżentat l-argumenti tagħha dwar il-ħtieġa li dawn il-fondi jibqgħu jiġu allokati u ħeġġitu biex isib soluzzjoni biex din l-għajnuna tibqa’ tiġi mogħtija.

Fl-aħħarnett ic-CMTU saħqet li qatt ma’ ssema li dan il-fond se jkun sospiż anzi ngħatat x’tifhem li l-flus se jitħallsu fi żmien qasir.