Il-folklor Malti jasal fl-Emirati Għarab Magħquda

Ġiet inawgurata l-15-il edizzjoni ta’ Sharjah Heritage Days.
Dan hekk kif bħalissa, l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), flimkien ma’ Heritage Malta u l-Kunsill Malti għall-Arti, qegħdin jiċċelebraw id-diversità, il-kultura u t-tradizzjoni fiċ-Ċentru tal-Attivitajiet tal-Wirt Kulturali f’Sharjah, fl-Emirati Għarab Magħquda.
Preżenti għall-inawgurazzjoni tal-festival, li saret fl-4 ta’ April minn Sheikh Sultan bin Mohammed Al Qasimi, kien hemm iċ-Chairman tal-MTA Gavin Gulia u l-Kap Eżekuttiv tal-MTA Paul Bugeja.
Bħalissa, impjegati mill-MTA, mill-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex u minn aġenziji oħra tal-Gvern, flimkien ma’ rappreżentanti mis-settur privat għandhom stand li tesponi l-kultura, il-folklor, it-tradizzjonijiet u l-prodotti Maltin.