Il-FMI jwissi dwar il-qtugħ fl-infiq fil-baġit federali Amerikan

Fl-Istati Uniti tal-Amerika, il-President Barack Obama ffirma biex tiġifis-seħħ mewġa ta’ tnaqqis fl-infiq li huwa wissa tista’ tagħmel ħsara l-ekonomija tal-pajjiż.
Il-qtugħ se jnaqqas mal-85 biljun dollaru Amerikan mill-baġit Federali tal-Istati Uniti tal-Amerika għal din is-sena. Taħditiet fil-White House biex jevitaw dan it-tnaqqis intemmu mingħajr ftehim.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali wissa li l-qtugħ fl-infiq jista’ jwassal biex jaffettwa t-tkabbir ekonomiku globali.
Obama u l-mexxejja tar-Repubblikani fil-Kungress naqsu li jilħqu ftehim wara l-insistenza tal-president li jiżdiedu t-taxxi bħala parti minn pjan sabiex ikun jista’ jindirizza d-dejn ta’ 16.6 triljun dollaru Amerian li għandu l-pajjiż.

Il-qtugħ, Obama wissa, jekk jiġi rrealizzat kollu, ikun ifisser li mas-750 elf persuna se jisfgħu bla xogħol.