Il-flus li rċivejt kollha skont il-liġi – id-DĠ sospiża tas-sajd

Id-Direttur Ġenerali tas-Sajd li bħalissa hija sospiża, Adreina Fenech Farrugia, qalet li l-flus li rċeviet kienu kollha skont il-liġi.

Fi stqarrija b’risposta għar-rapporti li dehru dwara fl-aħħar jiem, Fenech Farrugia qalet li tiċħad kategorikament li qatt kien hemm xi nuqqas min-naħa tagħha.

“Niddikjara illi jien dejjem imxejt b’mod professjonali, etiku u ġust, u skont il-liġi fit-twettieq tad-doveri tiegħi u dejjem imxejt b’sens ta’ imparzjalità u ġustizzja mal-operaturi kollha u l-individwi involuti fis-settur.”

Id-Direttur Ġenerali tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia ġiet sospiża b’mod indefinit, u nfteħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella, wara li ġie allegat li Fenech Farrugia ħadet flus mill-bejgħ illegali tat-tonn. 

Skont Fenech Farrugia, l-allegazzjoniijiet huma bbażati fuq sommarji ta’ allegati konverżazzjonijiet fuq it-telefon. Qalet li ma tistax tikkonferma li kienet għamlithom. Qalet ukoll li mhumiex traskrizzjonijiet kelma b’kelma tat-telefonati u li hemm verżjonijiet mqassra li setgħu ġew miżinterpretati. Żiedet tgħid li l-lingwa Spanjola li ntużat fis-sommarji kienet “fqira ħafna”.

It-telefonati bejn Fenech Farrugia u Jose Fuentes Garcia, ir-raġel suspettat li huwa responsabbli tan-negozju illegali tat-tonn li jiswa madwar €25 miljun, ġew interċettati. Fuentes imexxi Grupo Fuentes, l-ikbar bejjiegħ tat-tonn fid-dinja. Il-gazzetta Spanjola El Confidencial ippubblikat transkrizzjonijiet telefoniċi bejn Fenech Farrugia u Fuentes Garcia fejn f’waħda mill-konverżazzjonijiet interċettati, Fenech Farrugia qalet lil Fuentes Garcia li tinsab il-Bulgarija biss minħabba fih u li qed tistenna l-ħlas.

Dejjem kont aċċessibbli għal kulħadd – Fenech Farrugia

Fi kliem Fenech Farrugia, fil-kors normali tal-ħidma tagħha ta’ kuljum, kienet tikkomunika ta’ kuljum kontinwament “mal-operaturi kollha fis-settur”. Żiedet tgħid li kienet aċċessibbli għal kulħadd bl-istess mod.

“Niċħad kategorikament illi jien qatt tlabt jew irċevejt xi flus għalija personali u daqstant ieħor ovvju li jekk persuni kienu se jibbenefikaw minn xi żieda leġittima fil-kwota tat-tonn, huwa perfettament ovvju li dawn kienu se jintalbu, kif filfatt intalbu, jagħmlu ħlasijiet lid-Dipartiment li jien kont nippreżenta, u dan skont il-liġi. Il-ħlasijiet uffiċjali, skont il-liġi, kienu jsiru lili bhala Direttur, u huwa daqstant ovvju li jekk operatur kienet se tiżdiedlu l-kwota kien se jkollu jagħmel il-pagamenti neċessarji lili bħala Direttur, u dan skont iż-żieda, skont il-liġi.”

23 sena naħdem f’dan is-settur – Fenech Farrugia

Skont Fenech Farrugia, fit-23 sena li ilha fis-settur akkumulat esperjenza estensiva. Għandha wkoll kwalifiċi universitarji. Qalet li ġiet maħtura Direttur Ġenerali tas-Sajd u l-Akwakultura fil-2013 wara sejha pubblika. Qalet li ġiet fl-ewwel post. Qalet li l-istess proċess ta’ sejħa pubblika reġa’ ġie ripetut fl-2016. Spjegat li okkupat il-kariga ta’ Direttur tas-Sajd sal-2011. Ilha tokkupa karigi fis-settur sa mill-1996 fosthom scientific officer u principal scientific officer fl-istess Dipartiment.

Fenech Farrugia qalet li hija “stramba” kif minn investigazzjoni li ddeskriviet bħala “estensiva” ġiet “singled out”. Skont Fenech Farrugia, l-investigazzjoni tinkludi għexieren ta’ operaturi, individwi, kumpanija, u entitajiet. Qalet li tispera li ma kenitx xi mossa intenzjonata biex titwaqqaf milli tkompli bil-ħidma tagħha.

Fi kliem Fenech Farrugia, fuq medda ta’ snin kienet ordnat li jittieħdu diversi passi kontra “l-operatur in kwistjoni”. Qalet ukoll li ħadet passi kontra “l-operaturi l-oħrajn”.

“Rigward it-talba għaż-żieda fil-kwota, sar kollox above boardskont il-liġi, bl-awtorizazzjoni tal-organi komptetenti u versu l-ħlasijiet ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro, lili bħala Direttur li ġew stabbiliti skont il-liġi u d-deċiżjonijiet ministerjali.”

Fenech Farrugia qalet li ikkooperat mal-awtoritajiet “diversi xhur” ilu inkluż fl-inkjesti maġisterjiali. Qalet li se tkompli tikkoopera.

Il-Kummissarju Ewropew għas-Sajd Karmenu Vella kkundanna bil-qawwa l-“prattiċi ħżiena” li qed joħroġu mill-investigazzjonijiet tal-Gwardja Ċivili Spanjola fl-operazzjoni msemmiha ‘Operation Tarantelo’.

Il-Ministru għall-Ambjent José Herrera ddefenda d-deċiżjoni tiegħu li jissospendi lid-direttur tad-Dipartiment tas-Sajd Andreina Fenech Farrugia billi qal li kieku l-Gvern kellu joqgħod fuq id-diċeriji, kien jispiċċa jkeċċi lil kulħadd għax skontu “kulħadd ipeċlaq fuq kulħadd”.

L-istqarrija sħiħa kif mibgħuta minn Dr Adreina Fenech Farrugia tidher hawn taħt:

B’referenza ghal l-allegazzjonijiet li saru fl-ahhar jiem, fil-konfront tieghi, jien nichad kategorikament u bl-aktar mod assolut xi nuqqasijiet da parti tieghi. Niddikjara illi jien dejjem imxejt b’mod professjonali, etiku u gust u skond il-ligi fit-twettiq tad-doveri tieghi u dejjem imxejt b’sens ta’ imparzjalita u gustizzja mal-operaturi kollha u l-individwi involuti fis-settur.

L-ewwel nett l-allegazzjoniijiet huma bbazati fuq summaries ta’ allegati konverzazzjonijiet telefonici, li mhux biss jien ma nistax nikkonferma li ghamilt, pero aghar minn hekk mhumiex traskrizzjonijiet kelma b’kelma tal-allegati telefonati izda, verzjonijiet mqassra li setghu gew misinterpretati, mehuda out of context jew interpretati b’modi zbaljati ohra. Inoltre, jidher car illi l-lingwa Spanjola uzata fis-summaries infushom hija wahda fqira hafna, fattur li seta kompla ikkontribwixxa ghal misinterpretazzjoni jew interpretazzjoni zbaljata ta’ l-istess telefonati. Illi ghandu jigi spjegat illi fi tlieta u ghoxrin sena li ilni fis-settur u li matulhom akkumulajt esperjenza estensiva u vasta oltre l-kwalifici universitarji illi diga kelli fil-bidu tal-hidma tieghi u cioe, B.Sc fil-biology e chemistry, Masters fil-biology, Doctorate Decree f’ Fisheries Management u Post Doctral Certificate in Management and Leadership by the Parliamentary Studies f’Londra.

Nixtieq nikkjarifika wkoll illi jien gejt mahtura Direttur Generali tas-Sajd u l-Akwakultura, fil-2013, wara sejha pubblika ghal din il-headship position u peress illi gejt fl-ewwel post, gejt mahtura f’din il-kariga, liema process ta’ ghazla permezz ta’ sejha pubblika rega gie ripetut fis-sena 2016 u dan wara li okkupajt il-kariga ta’ Direttur tas-Sajd sas-sena 2011, u diversi karigi ohra fis-settur sa mis-sena 1996 fosthom scientific officer u principal scientific officer fl-istess Dipartiment.

Ghandu jigi spjegat ulterjorment illi fil-kors normali tal-hidma tieghi ta’ kuljum, jien kont nikkomunika ta’ kuljum kontinwament u ghal diversi drabi kuljum ma’ l-operaturi kollha fis-settur u kont accessibli ghal kulhadd bl-istess mod, kif kien jirrekjedi d-dover tieghi ghall-operaturi kollha fis-settur u dan kuntrarjament ghal l-impressjoni li qed tinghata li jien kont nikkomunika biss ma’ xi operatur wiehed.

Illi nichad kategorikament illi jien qatt tlabt jew ircevejt xi flus ghalija personali u daqstant iehor ovvju li jekk persuni kienu se jibbenifikaw minn xi zieda legittima fil-kwota tat-tonn, huwa perfettament ovvju li dawn kienu se jintalbu, kif filfatt intalbu, jaghmlu hlasijiet lid-Dipartiment li jien kont nipprezenta, u dan skond il-ligi. Il-hlasijiet ufficjali, skond il-ligi, kienu jsiru lili bhala Direttur, u huwa daqstant ovvju li jekk operator kienet se tizdiedlu l-kwota kien se jkollu jaghmel il-pagamenti necessarji lili bhala Direttur, u dan skond iz-zieda, skond il-ligi.

Hija haga kurjuza u stramba illi wiehed ma jistax ma jinnutax kif minn investigazzjoni estensiva li tinkludi ghexiren ta’ operaturi, individwi, kumpanija u entitajiet, inkluz dawk lokali, hija haga tal-iskantament kif jien gejt singled out u allura nispera illi din ma kenitx xi mossa intenzjonata sabiex nigi mwaqqfa milli nkompli l-hidma tieghi fl-ahjar nteress tas-serjeta u tal-osservanza tal-ligi fis-settur, kif ukoll fil-process ta’ titjieb li kien qed isir minni fis-settur u li f’dan il-kuntest nippreciza illi kontra l-operatur in kwsitjoni, f’diversi okkazzjonijiet u fuq medda ta’ snin, kont jien stess illi ordnajt u tlabt illi jittiehdu diversi passi, kif wara kollox hadt kontra l-operaturi l-ohrajn, fejn kien ikun il-kaz.

Illi b’rigward it-talba ghaz-zieda fil-kwota, sar kollox above board, skond il-ligi, bl-awtorizazzjoni tal-organi komptetenti u versu l-hlasijiet ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewro, lili bhala Direttur li gew stabbiliti skond il-ligi u d-decizjonijiet ministerjali.

Illi b’risposta ghad-domandi mqajjma fil-mezzi tax-xandir, nispjega illi jien qatt ma sibt l-ebda diffikolta li nikkopera mal-Awtoritajiet, nforni l-informazzjoni kollha mitluba, u dan ilni li ghamiltu diversi xhur inkluz fl-Inkjesti Magisterjali pendenti. Niddikjara wkoll illi ma ghandiex l-icken diffikolta nkompli nikkopera, kif, jekk u meta mitluba u dan ghaliex nerga niehu l-opportunita nichad bil-qawwa kollha kull allegazzjoni li saret fil-konfront tieghi u ghandu kull nteress illi tohrog il-verita kollha sabiex jigi ccarati l-impressjonijiet zbaljati, misinterpretazzjonijiet u allgeazzjonijeit ta’ l-ahhar granet.

Finalment, qedha niddikjara pubblikament li qedha nirrizerva illi niehu l-passi kollha oppotuni skond il-ligi, fil-mument opportun.