Il-flokk ta’ Robson jinxtara b’€2,000 għal Puttinu

    Il-flokk iffirmat minn Bryan Robson inbiegħ għal €2,000 b’risq Puttinu Cares. Il-Ministeru għat-Turiżmu kien tahom l-flokk tal-eks leġġenda tal-Manchester United għall-irkant.

    Dan qalu l-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi fuq Facebook, hekk kif irringrazzja lil kull min ipparteċipa fil-maratona ta’ 60 siegħa futbol u volleyball.

    Għadni kif ġejt infurmat li l-flokk iffirmat minn Bryan Robson, l-ex plejer ⚽ leġġendarju ta' Manchester United u li…

    Posted by Konrad Mizzi on Monday, September 16, 2019

    Matul il-maratona, inġabret is-somma ta’ €1,688,209. Il-flus miġbura mistennija jmorru biex tinxtara art qrib iċ-ċentru ta’ Londra, sabiex Puttinu jgħin lill-familji li jkollhom bżonn jitilgħu Londra għall-kura.

    Aqra: Tinġabar is-somma ta’ €1.6 miljun għal Puttinu Cares

    Dan il-flokk ġie ffirmat waqt tħabbir ta’ ftehim fl-Ingilterra. Il-klabb tal-Manchester United sar is-sieħeb uffiċjali ta’ Malta, fejn issa qed isemmi lil Malta bħala destinazzjoni globali.

    Aqra: Filmat: Malta bi ftehim mal-Manchester United