Il-fliegu bejn iż-żewġ gżejjer ikkonfermat bħala żoni ta’ importanza għall-konservazzjoni tal-għasafar

Il-fliegu bejn Malta u Għawdex ġie kkonfermat bħala l-ewwel Marine Important Bird Area. Dan wara li ż-żewġ gżejjer ġew rikonoxxuti bħala żoni ta’ importanza għall-konservazzjoni ta’ żewġ speċi ta’ għasafar.

Fi stqarrija, BirdLife Malta qalet li issa Malta ġiet fl-istess livell ma’ żoni ta’ bio-diversità bħal dawk fil-Galapagos u Azores.

Iż-żona tinkludi ukoll il-gżira ta’ Kemmuna, li hi ukoll ikkunsidrata bħala parti importanti mir-rotta tal-għasafar. Din iż-żona se sservi ta’ kanal li jgħaqqad il-migrazzjoni tal-għasafar mill-Ewropa għall-Afrika.