Il-fkieren ta’ Rocky għandhom 44 sena; Sylvester Stallone kien addottahom wara l-ewwel film

Tafu min huma Cuff u Link? Min ra l-film Rocky li Sylvester Stallone ħadem fl-1978 għandu mnejn jiftakarhom.

Fil-film Rocky jmur ġo pet shop u hemmhekk jiltaqa’ mat-tfajla li taħdem fih, Adrian Pennino, parti nterpretata minn Talia Shire.

Kien permezz ta’ dawn iż-żewġt ifkieren li Rocky u Adrian resqu lejn xulxin.

Ritratt: Instagram

Meta kien ħadem il-film, Stallone tant rabathom ma’ qalbu lil dawn iż-żewġt ifkieren żgħar li ddeċieda li jaddottahom u għandhom għandu sal-lum.

Dawn il-fkieren illum għandhom madwar 44 sena u mhux biss għadhom jgħixu fid-dar ta’ Sylvester Stallone.

Kurżità interessanti hi, li apparti li dawn għadhom ħajjin u jgħixu fid-dar ta’ Stallone, dawn iż-żewġt ifkieren is-sena l-oħra dehru f’film ieħor, The Creed II.