“Il-firda mhux jien ġibtha!” – Franco Debono dwar dawk li qed jopponu l-ħatra tiegħu bħala Kummisarju għal-Liġijiet

Il-ħatra ta’ Dr Franco Debono bħala Kummissarju għal-Liġiijiet qanqlet bosta reazzjonijiet.

Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici sal-bieraħ stqarr li Dr Debono huwa l-aħjar persuna għal din il-kariga, il-Partit Nazzjonalista qed isejjaħ din il-ħatra bħala waħda diviżiva u ta’ insult għall-Oppożizzjoni. Permezz tal-blog tiegħu, id-deputat Chairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Caccopardo sejjaħ il-ħatra ta’ Debono bħala żball.

Fir-reazzjoni tiegħu ma’ Newsbook, Dr Debono stqarr li l-Prim Ministru kien diġa’ ħatru f’kariga simili, dawn ir-reazzjonijiet ma jirriflettux ir-realtà.

Il-vot ta’ Dr Debono kien strumentali biex f’Diċembru li għadda waqa’ l-Gvern. Huwa se jitħallas €24,000 f’sena għax-xogħol tiegħu bħala kummissarju għal-liġijiet.