Il-finalisti tat-Tazza tad-Dinja jagħtu mir-rebħ tagħhom għall-karità

Wara l-finali tat-Tazza tad-Dinja bejn il-Ġermanja u l-Arġentina, iż-żewġ timijiet għadhom qed jużaw il-flus li rebħu għall-benefiċjenza.
Il-plejer tat-tim nazzjonali Ġermaniż Mesut Ozil ta l-flus li rebaħ bħala plejer mit-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja, jiġifieri b’aktar minn $400,000, b’donazzjoni lil diversi proġetti tal-karità fil-Brażil.
Huwa mifhum li 23 tifel u tifla Brażiljani se jibbenefikaw minn din is-somma flus biex tiġi ffinanzjata lilhom l-operazzjoni li għandhom bżonn.
Din l-aħbar għamilha uffiċjali l-istess Ozil fuq is-sit tiegħu ta’ Facebook, billi qal li qabel l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja għen lil 11-il tifel u tifla, sabiex issa se jkunu 23.
Skont Ozil stess, dan se jkun ir-rigal tiegħu personali lil poplu Brażiljan għall-ospitalità tagħhom.
Minn naħa l-oħra it-tim nazzjonali Arġentin taw donazzjoni ta’ madwar $110,000 liċ-ċentru pedjatriku tal-kanċer fi sptar f’Buenos Aires fl-Arġentina.
Ingħad li din l-idea ħareġ biha l-plejer Javier Mascherano u s-somma għaddiet mill-fondazzjoni tal-karità li għandu Lionel Messi.