Il-finalisti ta’ Neymar Jr’s Five jirħula lejn il-Brażil

Banter Lads huma r-rebbieħa tat-turnament Neymar Jr’s Five, turnament globali tal-futbol mir-Red Bull, ispirat mill-istilla tal-Barċellona u l-Brażil, Neymar Jr. It-tim se jirħila lejn il-Brażil fejn se jiltaqa’ ma’ timijiet minn 40 pajjiż differenti u se jkollu l-opportunità li jiltaqa’ ma’ Neymar Jr innifsu.
Fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet, madwar 20 tim ħadu sehem fil-kwalifikazzjoni ta’ Malta fil-Luxol Grounds.
Għall-ewwel it-timijiet sabuha ftit diffiċli biex jadottaw għar-regoli l-ġodda. Dawn inkludew logħob mingħajr
goalkeeper, jiskurjaw f’mini goals ta’ 1m u jilgħabu b’anqas plejers kull darba li jaqalgħu gowl.Is-semi finali nkludew logħba diffiċli kontra l-White Rocks FC, filwaqt li Med Gods eliminaw lil The Greats.
Fil-finali, Banter Lads skurjaw total ta’ 5 gowls u eliminaw il-plejers ta’ Med Gods f’anqas minn 10 minuti, biex b’hekk rebħu l-ewwel edizzjoni tat-turnament Neymar Jr’s Five.