Il-finali tas-Super Cup Spanjola bejn Atletico u Real

Angel Correa skurja gowl tard fil-logħba biex Atletico Madrid rebħu lil Barcelona bl-iskor ta’ 3-2 ġewwa l-Arabja Sawdija. B’hekk Atletico se jkunu qed jilagħbu fil-finali tas-Super Cup Spanjola.

Ix-xutt ta’ Koke poġġa lil Atletico fuq quddiem kmieni fit-tieni taqsima.

Lionel Messi kiseb id-draw u Antoine Griezmann poġġa lil Barcelona fuq quddiem.

Iżda grazzi għal panalty, Alvaro Morata kiseb id-draw għal Atletico qabel ma’ Correra skurja l-gowl tar-rebħa.

Għal Atletico Madrid ir-rebħa tfisser li se jkunu qed jaffaċċjaw lir-rivali tagħhom Real Madrid, li nhar l-Erbgħa rebħu kontra Valencia bl-iskor ta’ 3-1. Il-finali se tintlagħab nhar il-Ħadd.

It-turnew sar f’format differenti mis-snin l-oħra, bl-ewwel tnejn fil-klassifika ta’ La Liga u l-ewwel tnejn fil-klassifika tal-Copa del Rey jikkompetu bejniethom minflok logħba bejn iż-żewġ rebbieħa. Minkejja li Real spiċċaw fit-tielet post f’La Liqa, huma kkwalifikaw minħabba li Barcelona rebħu l-league u spiċċaw runner-ups fil-Copa del Rey.