Il-finali tal-UEFA Super Cup fuq it-TV

Ritratt: Oleg Dublin

Il-Puskás Arena ta’ Budapest ser tospita l-finali tal-UEFA Super Cup fl-24 ta’ Settembru.  L-avveniment li jpoġġi r-rebbieħa tal-UEFA Champions League u l-Europa League kontra xulxin se jkun l-ewwel finali f’logħba waħda tat-tazza internazzjonali mtellgħa fl-Ungerija. Il-logħba se tintwera diretta fid-9pm fuq Canale 5.

Din il-logħba mistennija tqanqal bosta interess għax se jkunu joħduha kontra xulxin l-aqwa żewġ timijiet Ewropej.

Il-logħba se tintlagħab fuq 90 minuta bħas-soltu u jekk ma jkunx hemm tim rebbieħ jingħataw 30 minuta ta’ ħin barrani u jekk ikun il-każ anki jingħataw il-penalties.

Waqt l-ewwel 90 minuta jistgħu jintużaw tliet sostituti waqt li fil-ħin barrani jista’ jintuża r-raba’ wieħed.

Il-Puskás Arena ta’ Budapest. Ritratt: OD Pictures